IL-BZONN TAT-TIELET PARTIT

 

Minn John Zammit — Leader Alleanza LiberaliForsi mhux kulhadd jaf li f’Malta hawn partit gdid liberali bl-isem ta’ Alleanza Liberal-Demokratika Malta, bejn ghax ghad ilu mwaqqaf minn Novembru 2006 u bejn ghax ghadu qed jirriorganizza l-ufficcju u l-istruttura tal-partit Alleanza Liberali

da l-aktar ghax kemm ilu mwaqqaf dejjem sab bojkott kontra tieghu mill-media Maltija tant li l-attivitajiet li organizza, jew kull meta baghat xi stqarrija ghall-media, ma gabu xejn u ghalhekk ghal hafna dan lanqas biss jeżisti.
Tghidu imma xi skop hemm li l-media Maltija taghmel dan? Kull min qed jara kif qed ti
żvolgi s-sitwazzjoni politika, l-iktar bir-riżultat tal-ahhar elezzjoni generali tat-8 ta’ Marzu, induna li l-partiti l-kbar tilfu l-maggoranza ta’ 50% + 1 vot. U din ghalihom hija tragedja ghax kif issa ndunaw, bil-partiti żżghar, avolja dawn ma tellghux membru Parlamentari, iż
da xorta hadu d-daqqa li ma kinux qed jistennew ghax issa t-tnejn, l-MLPN, b’tal-ahhar li beda jsejjah lilu nnifsu GonziPN, jinsabu mdendlin b’1,500 vot u biex jaqa’ l-Gvern ta’ GonziPN ma jrid xejn.
L-istess gara fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ Gunju 2004. Il-partiti l-kbar l-MLP u l-PN ma gabux il-50% u anzi bis-sahha tal-voti li gabu l-Alternattiva Demokratika, li allura ghal ftit ma tellghux siggu fil-Parlament Ewropew, komplew taw daqqa taht
żaqq il-partiti l-kbar li sa anke gabu riżultat kontra li xtaqu tal-PN — jigifieri ta’ ż
ewg membri Parlamentari Ewropej ghall-PN u tlieta ghall-MLP. Dan sar meta kienu tal-PN li qalu li dahhlu lil Malta fl-Unjoni Ewropea (avolja jien nghid li bis-sahha ta’ Dom Mintoff li dhalna ghax waqqa’ l-Gvern ta’ Alfred Sant ghax kieku “bye bye EU”.
Allura ahna tal-Alleanza Liberali issa t-tama taghna hi li l-poplu Malti,peress li dhalna fl-Unjoni Ewropea, jibda jitghallem li fil-Parlament Ewropew mhux hemm biss shab tal-PN, l-EPP, u tal-MLP, il-PES, hemm i
żda hemm diversità akbar bhal-Liberali li ahna nirrappreż
entawhom f’Malta. Il-leader taghhom Graham Watson kien gie jiltaqa’ mieghi u l-kumitat taghna, l-ALDM.
Issa l-Liberali fl-Ewropa ghandhom 104 membru Parlamentari u allura kemm tal-EPP (shab il-PN) u kemm is-Socjalisti (shab l-MLP) biex jghaddu xi ligi mill-Parlament Ewropew bilfors iridu l-voti tal-Liberali inkella ghalxejn. Jerga’ tal-Greens (shab l-Alternattiva li ghandhom mal-50 MEP) generalment jivvutaw mal-Liberali u s-Socjalisti u allura shab tal-PN generalment ma tghaddix taghhom.
Issa ma’ dawn hemm tal-lemin estrem (il-Faxxisti — din mhix kelma pasta
ża iżda kelma ta’ sistema politika u m’ghandniex ghalfejn naghmlu libelli jekk insemmuha jew nikkundannawhom ghax din hija sistema li też
isti fil-Parlament Ewropew), hemm il-Komunisti, hemm ix-xettici u b’kollox seba’ gruppi.
Il-poplu Malti ghalhekk ghandu b
żonn li jitghallem bid-diversità u t-tipi differenti ta’ gruppi politici li jeżistu fl-Unjoni Ewropea u jitghallem jivvota differenti. Hekk, per eż
empju, ahna l-Maltin nghidu biex ma nhallux il-bajd kollu f’qoffa wahda biex jekk jigri xi haga ma nitilfux kollox.
I
żda ahna nżidu wkoll li jekk il-Maltin u l-Ghawdxin iridu veru jgibu u jakkwistaw dak kollu li huwa importanti ghal pajjiżna fl-elezzjoni tas-6 ta’ Gunju li gej ghandhom jaraw li s-sitt siggijiet li se jkunu allokati ghal Malta jitqassmu ghall-inqas f’erba’ gruppi: jigifieri 2 fl-EPP shab il-PN, 2 fil-PES, shab l-MLP, wiehed fil-Liberali, shabna tal-Alleanza Liberal-Demokratika u iehor fil-Greens, shab tal-Alternattiva Demokratika. B’hekk inkunu nistghu naghmlu lobbying fl-akbar erba’ gruppi tal-Parlament Ewropew biex dawn jappoggaw lill-pajjiż
na.
Barra minn hekk nahsbu biex intellghu almenu
żewg membri Parlamentari nisa Maltin minn fost is-sitta. Issa naf li s-sitt wiehed ghadu mhux ikkonfermat minhabba li jonqos ir-ratifikar tal-Ftehim ta’ Lisbona mill-Irlanda, iż
da nistghu fl-elezzjoni nivvutaw biex intellghu sitta fuq kwota ta’ sitt siggijiet mill-ewwel u dak li jigi s-sitt wiehed jiehu postu malli l-Irlanda tirratifika t-trattat u b’hekk ma nergghux naghmlu elezzjoni ohra.
Ghal dawk interessati jkunu jafu aktar dwar l-Alleanza Liberal-Demokratika Malta jistghu jew jidhlu fil-website: http://www.freewebs.com/liberalalliance, jew jibaghtu e-mail lil jpzammit@di-ve.com jew mensra@maltanet.net jew icemplu: 21690365, 99459714, 99449157, 79056852 jew jirrikorru 60A, Triq id-Dejqa, (kantuniera ma’ Triq it-Teatru) Valletta VLT 1436 kull nhar ta’ Sibt mill-10.00 a.m. ’il quddiem. Granet ohra l-ufficcju jiftah skont l-esigenzi, specjalment bl-appuntament peress li qed isiru l-preparamenti ghall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u allura l-kandidat taghna jkun jew qed jaghmel door to door jew inkella jiltaqa’ mal-kostitwenti kemm fl-istess ufficcju jew f’postijiet ohra.

Advertisements
Posted in Uncategorized | Leave a comment

ALLEANZA LIBERALI MALTA (Malta’s Liberal Democratic Party)

Posted in Uncategorized | Leave a comment

Hello world!

Welcome to WordPress.com. This is your first post. Edit or delete it and start blogging!

Posted in Uncategorized | 1 Comment